Lokali

FILMAT – Jonsbu illegalment b’wiċċhom mgħotti f’Għawdex

Fi stqarrija l-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS) żvelaw li minn nofs Marzu s’issa, ġew iffilmjati 20 nassab jonsbu għasafar b’mod illegali meta l-istaġun tal-insib kien magħluq.

CABS insistew li l-20 nassab ġew irrapurtati immedjatament lill-Pulizija u mistennija jitressqu l-Qorti fix-xhur li ġejjin.

Fl-istqarrija ġie spjegat ukoll li wara li saru diversi investigazzjonijiet mill-Pulizija, dan waslu biex ġew ikkonfiskati 40 għasfur u apparat tal-insib bil-valur ilaħħaq ‘il fuq minn €10,000.

Il-Kumitat sostna li dan l-aħħar numru ta’ nassaba qed jonsbu b’wiċċhom mgħotti bil-għan li jaħbu l-identità tagħhom waqt li jkunu qed jiġu iffilmjati.

Ritratti – CABS