Lokali

Ħamsa arrestati fil-Ħamrun dwar droga

Karozza tal-Pulizija - mill-arkivji

Il-Ħadd, kmieni waranofsinhar, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, bl-għajnuna ta’ dawk mir-Rapid Internvention Unit, arrestaw ħames persuni waqt raid li sar fi Pjazza San Pawl, il-Ħamrun.

Dawn il-persuni, li l-eta` tagħhom tvarja bejn id-19 u s-37 sena, instabu fil-pussess ta’ sustanzi x’aktarx kannabis u eroina.

Huma għadhom qed jinżammu mill-Pulizija biex jgħinu fl-istħarriġ relatat mal-pussess u traffikar ta’ droga fl-imsemmija pjazza.