Internazzjonali

L-Eġittu jiddikkjara stat ta’ emerġenza għal 3 xhur

Il-Gvern Eġizzjan iddikkjara stat ta’ emerġenza għat-tlett xhur li ġejjin wara li tal-anqas 44 persuna tilfu ħajjithom.

Dan hekk kif żewġ splużjonijiet kienu fil-mira ta’ żewġ knejjes kopti f’jum Ħadd il-Palm.

Filwaqt li l-hekk msejjaħ grupp estremit ISIS refa’ r-responsabiltà kollha tal-attakki li fergħu u qatlu l-għexieren ta’ nies, il-President Eġizzjan Abdel Fattah al-Sisi ħabbar 3 xhur ta’ stat ta’ emerġenza.

Dan filwaqt li ordna wkoll sabiex truppi militari jinżlu fit-toroq.