VALLETTA MCDONALDS…….9
EXILES JETFREIGHT………….6
(2-2), (2-1), (3-1), (2-2)
Tasal l-ewwel rebħa tal-kampjonat għal Valletta li għelbu lil Exiles 9-6. Il-Beltin kien jimmeritahom ir-rebħa għal fatt li kienu ftit aħjar mill-avversarji. Exiles kienu qed ifittxu l-ewwel rebħa u kienu fil-logħba mal-avversarji fl-ewwel parti tal-logħba. Iżda wara li l-Beltin ħadu vantaġġ minimu, irnexxielhom ikun pass qabilhom u biex kienu huma li kisbu l-ewwel rebħa.
Botta u risposta fl-ewwel sessjoni b’Exiles jirrispondu darbtejn għal gowls ta’ Valletta. Kurt Grixti tefa’ lil Exiles minn fuq iżda rimonta ta’ Valletta waslet biex daħlu jistrieħu 4-3 minn fuq b’gowls ta’ Keith Galea u Daniel Paolella.
Wara l-mistrieħ, il-Beltin komplew fejn ħallew u rnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ tliet gowls b’doppjetta ta’ James Spiteri Staines u Andrea Agius, b’Sean Xerri de Caro jiskorja bejn il-gowls tan-numru tnejn Belti.
It-tamiet ta’ Exiles ħadu daqqa ta’ ħarta wara li ġie fouled-out Michele Stellini kmieni fl-aħħar sessjoni. It-tim ta’ Dorian Pisani baqa’ jittama u naqqas id-distakk għal gowl minuta u nofs wara. Valletta tilfu lil Paolella bit-tielet fawl iżda rnexxielhom jagħlqu l-partita b’gowls minn Mock u Agius.
Valletta: R. Sciortino, J. Spiteri Staines (2), A. Agius (3), M. Rizzo, M. Fenech, R. Mock (1), D. Paolella (1), N. Bonello Ghio, M. Cordina, D. Fenech, K. Galea (2), O. Zammit, F. Buhagiar
Exiles: M. Castillo, J. Rizzo Naudi, J. Bajada, M. Stellini, T. Sullivan (2), S. Xerri de Caro (1), D. Borg Millo, K. Griscti (1), N. Paris (1), A. Bianchi (1), C. Von Brockdorf, L. Felice, S. Galea Pace
Referees: Alex De Raffaele, Stefan Licari
SIRENS…………………..5
SLIEMA BETSSON……13
(2-4), (1-5), (1-3), (1-1)
Wara r-rebħa kontra Neptunes, Sliema Betsson kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta mingħajr diffikultà għelbu lil Sirens 13-5 biex b’hekk telgħu fit-tieni post. Prestazzjoni fqira minn Sirens li rari kienu fil-partita, b’Sliema jieħdu vantaġġ u b’gowls fi ftit ħin fetħu distakk li bih setgħu jikkontrollaw il-logħba.
Is-Slimiżi rebħu l-ewwel sessjoni 4-2 b’Michael Spiteri Staines jispikka b’doppjetta filwaqt li Clint Mercieca skorja ż-żewġ gowls ta’ Sirens. It-tim ta’ Rath iddomina t-tieni sessjoni u skorjaw ħames gowls mingħajr risposta biex marru 9-2 minn fuq, b’John Brownrigg jiskorja l-gowl tal-eks ftit qabel il-mistrieħ.
Bl-andament tal-partita, Sliema kellhom ir-rebħa f’idejhom u setgħu jamministraw il-logħba, tant li wara l-gowl ta’ Caruana, Sliema skorjaw tliet darbiet oħra minn Spiteri Staines u doppjetta ta’ Cluett, bl-aħħar sessjoni tkun formalità.
Sirens: N. Grixti, M. Sciberras, N. Farrugia, J. Sciberras (1), M. Grech, J. Zerafa Gregory, N. Lubrano, D. Cutajar, J. Napier, J. Brownrigg (1), L. Caruana (1), O. Gauci, C. Mercieca (2)
Sliema: R. Coleiro, J. Gabarretta (2), E. Aquilina (1), C. Cluett (2), M. Meli (1), K. Dowling (1), M. Spiteri Staines (4), B. Cachia, L. Galea, A. Attard (1), Z. Mizzi, N. Bugelli (1), Z. Sciberras
Referees: Alex De Raffaele, Peter Balzan
//= $special ?>