Formula 1 Sport

Lewis Hamilton jirbaħ il-Grand Prix taċ-Ċina

Lewis Hamilton kiseb l-ewwel rebħa tal-istaġun (Ritratt: Reuters)

Lewis Hamilton kiseb l-ewwel rebħa tiegħu f’dan il-kampjonat wara li ddomina t-tieni Grand Prix tal-istaġun taċ-Ċina. B’hekk jinsab punti ndaqs ma’ Sebastian Vettel tal-Ferrari fil-klassifika ġenerali wara li l-Ġermaniż irnexxielu jtemm it-tiġrija fit-tieni post.

Is-sewwieq żagħżugħ tar-Red Bull Max Verstappen spiċċa fit-tielet bi prestazzjoni mill-aqwa wara li kien beda t-tiġrija mid-19-il post. Hu kellu jegħleb l-isfida ta’ sieħbu fit-tim Daniel Ricciardo wara pressjoni kbira fl-aħħar dawriet.

Warajhom daħal it-tieni sewwieq tal-Ferrari Kimi Raikkonen, bit-tieni sewwieq tal-Mercedes Valtteri Bottas jispiċċa fis-sitt post. Carlos Sainz, Kevin Magnussen, Sergio Perez u Esteban Ocon daħlu fiż-żona tal-punti wara li spiċċaw bejn is-7 u l-10 post.

It-tielet Grand Prix tal-istaġun issir il-ġimgħa d-dieħla fil-Bahrain.