Serb ta’ 45 sena minn San Ġwann weġġa’ gravi wara li dalgħodu ġie ferut b’oġġett iebes waqt ġlieda ma’ Libjan ta’ 29 sena minn San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-5:45am fi stabbiliment fi Triq il-Mazzola f’San Pawl il-Baħar meta għal xi raġuni seħħ argument bejn iż-żewġ persuni u b’konsegwenza is-Serb sofra feriti gravi.
L-aggressur ħarab minn fuq il-post iżda ġie arrestat aktar tard wara tfitxija mill-Pulizija.
Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lill-vittma. Huwa ttieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
//= $special ?>