Sport

Riżultati rekord għal HiTT Academy fil- Kampjonati Nazzjonali taż-Żgħażagħ tat-Table Tennis

Il-Kampjonati Nazzjonali taż-Żgħażagħ tat-table tennis ta’ din is-sena raw lill-plejers tal-klabb HiTT Academy protagonisti f’kull qasam, fejn taw wirjiet brillanti f’kull kategorija.

Il-klabb filfatt irnexxielu jikseb numru rekord ta’ 14 minn 22 titlu, fejn iddomina għal kollox il-kategoriji tas-subien u tat-tflajliet ta’ taħt il-21 sena u ta’ taħt il-11-il sena, kif ukoll dik tas-subien ta’ taħt it-18-il sena.

Plejers tal-HiTT Academy kisbu rebħiet tajbin ukoll fil-kategoriji ta’ taħt it-13 u l-15-il sena.

Il-Kampjonati Nazzjonali taż-Żgħażagħ inżammu fuq tlett ijiem intensivi ġewwa il-kumpless sportiv tal-Universitá f’tal-Qroqq.

Il-logħob beda s-Sibt 1 t’April kmieni filgħodu u ġi fi tmiemu t-Tnejn 3 t’April filgħaxija. Żewġ logħobiet fil-kategorija ta’ taħt it-13-il sena għad iridu jintlgħabu il-ġimgħa d-dieħla wara li ġew posposti.

“Nixtieq nirringrazzja lill-plejers kollha tagħna li ħadu sehem f’dawn il-kampjonati għas-sehem li taw biex il-klabb tagħna jikseb riżultati tant tajbin u importanti,” qal Mario Genovese, Head Coach ta’ HiTT Academy Malta.

“Kburi bil-plejers kollha, mhux biss minħabba r-riżultati eċċellenti, iżda wkoll għad-dedikazzjoni u s-serjetá li wrew kemm fit-taħriġ kif ukoll waqt il-kampjonati.”

Xhur ta’ ħidma intensiva u taħriġ assiguraw li l-plejers ta’ HiTT Academy jagħtu l-aħjar wirjiet possibbli, fejn ħafna minnhom irnexxielhom jirbħu għadd ta’ titli fil-kategoriji rispettivi tagħhom.

Il-kowċis infatti ħadmu bla heda għal disa’ xhur sħaħ biex jippreparaw lill-plejers għal din il-kompetizzjoni.

It-titli miksuba minn HiTT Academy huma dawn:
● Under 11 Boys Singles L-ewwel post Jake Darmanin
● Under 11 Boys Doubles L-ewwel post Luke Bonello & Jake Darmanin
● Under 13 Boys singles – tintlagħab it-Tnejn 10 t’April
● Under 13 Girls singles It-tieni post Rachel Mifsud
● Under 13 Open Doubles It-tieni post for Sean Debono & Malcolm Debono
● Under 15 Boys Plate L-ewwel post Jake Abela, It-tieni post Paul Cordina
● Under 15 Boys Doubles It-tieni post for Sean Debono & Malcolm Debono
● Under 15 Boys Doubles Plate L-ewwel post Aidan Caruana & Jake Abela, It-tieni post Paul Cordina & Mattija Caruana
● Under 15 Mixed Doubles It-tieni post for Rachel Mifsud & Sean Debono
● Under 18 Boys L-ewwel post for Gabriel Grixti. It-tieni post Isaac Grixti
● Under 18 Boys Plate L-ewwel post Malcolm Debono. It-tieni post Justin Demanuele
● Under 18 Boys Doubles L-ewwel post Gabriel Grixti & Isaac Grixti
● Under 18 Boys Doubles Plate L-ewwel post Sean Debono & Malcolm Debono
● Under 21 Boys L-ewwel post Gabriel Grixti
● Under 21 Boys Plate L-ewwel post Andrew Catania
● Under 21 Girls L-ewwel post Sascha Genovese
● Under 21 Boys Doubles L-ewwel post Gabriel Grixti & Isaac Grixti
● Under 21 Boys Doubles Plate L-ewwel post Sean Debono & Malcolm Debono
● Under 21 Mixed Doubles L-ewwel post Sascha Genovese & Gabriel Grixti