Sport Waterpolo

San Ġiljan jirbħu konfront dirett ieħor u joqorbu lejn ir-rebħ tal-kampjonat tax-xitwa

Matthew Zammit (lemin) ta' San Ġiljan jipprova jikkonkludi fil-lasta minkejja li ssikkat minn Miguel Zammit ta' Neptunes (Ritratt: Adrian Farrugia)

NEPTUNES WPSC………………2

SAN ĠILJAN TUM INVEST…..5

(0-1), (1-2), (0-1), (1-1)

San Ġiljan Tum Invest komplew bil-mixja tagħhom lejn ir-rebħ tat-tieni kampjonat tax-xitwa konsekuttiv meta rebħu konfront dirett ieħor, din id-darba kontra Neptunes 5-2. Ir-riżultat hu ġust maż-żewġ timijiet hekk kif San Ġiljan, anki fl-assenza ta’ Dino Zammit, iddettaw il-logħob mill-bidu sal-aħħar u f’xi mumenti setgħu anki kabbru aktar l-iskor.

Neptunes bl-iskwadra mimlija żgħażagħ, pruvaw inaqqsu d-danni kemm jista’ jkun u f’xi mumenti iżda bdew isibuha diffiċli biex ikunu theddida kontinwa għal Jake Tanti li reġa’ kellu prestazzjoni pożittiva.

Kien Ben Plumpton li fetaħ l-iskor bl-uniku gowl tal-ewwel sessjoni, biex iż-żagħżugħ l-ieħor Andreas Galea u Aurelien Cousin għamlu l-iskor 3-0, b’Jordan Camilleri inaqqas id-distakk b’konklużjoni minn pożizzjoni ċentrali.

San Ġiljan komplew jikkontrollaw il-logħba u f’sessjoni identika għall-ewwel waħda b’Peter Borg jiskorja mill-qrib, biex Ben Plumpton issiġilla r-rebħa b’azzjoni personali lejn it-tmiem. Jeremy Abela naqqas id-distakk b’gowl fl-aħħar sekondi.

Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon, K. Erdogan, J. Culic, T. Agius, M. Tabone, S. Gravina, J. Camilleri (1), J. Abela (1), M. Zammit, M. Martellacci, M. Azzopardi, I. Bugeja

San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (1), A. Galea (1), B. Grech, D. Zammit, M. Zammit, B. Plumpton (2), J. Galea, T. Said, A. Cousin (1), P. Fava, T. Micallef

Referees: Peter Balzan, Ronnie Spiteri