Internazzjonali

ATTENTI: Din id-droga qed tħalli lil kulħadd qisu zombie

Sors: Manchester Evening News
"Hemm bżonn tittieħed azzjoni malajr quddiem din is-sitwazzjoni"

Nies qishom ivvalenati, mexjin fid-dawl tax-xemx bla ebda dinjita’, vittmi tas-sustanza magħrufa bħala Spice li saret waħda mill-aktar drogi popolari fir-Renju Unit – sustanza li tħallik kważi mejjet, qisek zombie, f’sitwazzjonijiet tal-mistħija.

Waħda mill-aktar bliet Inglżi affetwati minn din id-droga hija Manchester. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fil-qalba ta’ Piccadilly Gardens, dehru ammont straordinarju ta’ nies mitluqin mal-art jew mexjin bħal zombies wara li abbużaw minn din is-sustanza.

Il-ġurnal Manchester Evening News qed jgħid li dawn huma xeni tal-mistħija fl-2017 illi wara dawn in-nies fid-dawl tax-xemx taħt l-effett tad-droga Spice.

L-istess ġurnal sostna li hemm bżonn tittieħed azzjoni malajr quddiem din is-sitwazzjoni.

Ritratt: Manchester Evening News