Futbol Sport

FILMAT: Il-gowls tal-BOV Premier League ta’ dan il-weekend

 

Bir-rebħa ta’ 3 – 2 fuq Floriana, Hibernians saħħew posthom fl-ewwel post tal-Kampjonat Premier. Dik li dehret partita diffiċli għal Hibernians, li sal-ewwel għaxar minuti kienu żewġ gowls minn taħt kontra Floriana, irriżultat f’rebħa drammatika li biha fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti fuq Valletta u ħames punti fuq Balzan wara li s-Sibt Valletta temmew il-partita fi draw ma’ Gżira Utd  u Balzan tilfu ma’ B’Kara.
Fil-partiti l-ohra, kien hemm domju assolut ta’ St. Andrews fuq Pembroke b’rebħa ta’ 6 – 0, kif ukoll ir-ritorn għar-rebħ minn Mosta li għelbu 3 – 1 lil Tarxien Rainbows u wettqu pass ieħor f’tentattiv li jevitaw li jkunu relegati. Daqstant ieħor konferma minn Sliema Wanderers li għelbu lil Ħamrun Spartans 2 – 0 u saħħew posthom f’nofs il-klassifika komdi b’42 punt.