Futbol Sport

Futbol – Aktar problemi għal Giuseppe Rossi

L-attakkant Taljan Giuseppe Rossi se jkollu jdum madwar seba’ xhur barra mill-azzjoni wara li fi tmiem il-ġimgħa ċarrat ligament f’irkopptu waqt il-partita kontra Eibar.

Din mhux l-ewwel darba li l-attakkant ta’ 30 sena kellu injury serja hekk kif matul l-aħħar snin kienu proprju dawn l-injuries li ħallew impatt negattiv fuq il-karriera tiegħu.