Nhar it-Tnejn li ġej, l-eks ġurnalist tal-media Laburista Mark Attard, se jkun qed jibda’ jaħdem fit-taqsima tal-isports tal-istazzjon nazzjonali, u dan wara xahar biss li beda jaħdem fit-taqsima tal-aħbarijiet u ġrajjiet kurrenti.
Kien netnews.com.mt li x-xahar li għadda, żvela li l-eks ġurnalist tal-Partit Laburista ddaħħal fil-kamra tal-aħbarijiet immexxija minn Reno Bugeja mingħajr ebda sejħa, u dan biex jakkumpanja lill-eks ġurnalist ieħor tal-media Laburista Owen Galea, li jmexxi s-sit tal-istazzjon nazzjonali b’aġenda partiġġjana.
Issa, wara xhur twal li kienu ilu jinsisti għaliha, Mark Attard se jiddaħħal fit-taqsima tal-isport. Din il-mossa ġabet ir-rabja ta’ bosta ġurnalisti li jaħdmu mal-istazzjon nazzjonali, nkluż dawk l-isport li matul is-snin, ingħataw post fit-taqsima tal-isport b’sejħa għall-applikazzjonijiet. Din il-mossa ġabet ukoll rabja kbira fost in-numru ta’ part-timers li jadħmu mat-taqsima tal-isport tal-istazzjon nazzjonali, li issa se jkollhom is-siegħat tagħhom imnaqqsa bil-ħatra l-ġdida ta’ Mark Attard.
Din il-ħatra qed tiġi intepretata bħala mossa ġdida fejn l-awtoritajiet qed jużaw l-istazzjon nazzjonali mhux biex joffru l-aqwa servizz lit-telespettaturi li jħallsu t-taxxi biex jieħdu dan is-servizz, iżda biex jiġu akkomodati ċertu individwi viċin ħafna ta’ Kastilja. Fil-fatt, mill-elezzjoni ‘l hawn, iddaħħlu għexieren ta’ impjegati mal-istazzjon nazzjonali, fosthom l-eks ġurnalisti tal-Partit Laburista Brandon Pisani, Rodney Vassallo, Glen Falzon, Ritianne Agius u Melvic Zammit.
//= $special ?>