Google, wieħed mill-ikbar siti onlajn, qed jiġi akkużat li lill-impjegati nisa tiegħu jħallashom anqas mill-impjegati rġiel għall-istess xogħol.
Skont rapporti mill-midja internazzjonali, The Guardian, id-dipartiment tax-xogħol Amerikan qed jinvestiga allegazzjonijiet li qed isiru fil-konfront tal-kumpanija Google. Ir-rapport jgħid li nstabu differenzi bejn il-paga tan-nisa u tal-irġiel f’kull qasam tax-xogħol.
Madanakollu Google qed jiċħad dawn l-allegazzjonijiet. Filfatt Google qal li kull sena jagħmel studju dwar il-pagi li jinħarġu mill-kumpanija u qatt ma nstab li kien hemm differenzi bejn il-pagi tan-nisa u dawk tal-irġiel.
Apparti mill-paga, jidher li 19% biss tal-impjiegi relatati mat-teknoloġija huma okkupati min-nisa. Filfatt, terz biss tal-ħaddiema ta’ Google li huma nisa.
//= $special ?>