Ħaddiem ta’ 57 sena mill-Fgura weġġa’ gravi wara li nqabad bejn kaxxi li waqgħu minn fuq fork lifter fil-power station ta’ Dellimara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11AM. Fuq il-post issejħet l-assistenza medika sabiex ir-raġel jingħata l-ewwel għajnuna. Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>