Lokali

Ħaddiem ta’ 57 sena jweġġa’ gravi fil-power station ta’ Dellimara

Ritratt mill-arkivji
Ir-raġel weġġa' gravi wara li nqabad bejn kaxxi li waqgħu minn fuq fork lifter fil-power station ta' Dellimara.

Ħaddiem ta’ 57 sena mill-Fgura weġġa’ gravi wara li nqabad bejn kaxxi li waqgħu minn fuq fork lifter fil-power station ta’ Dellimara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11AM. Fuq il-post issejħet l-assistenza medika sabiex ir-raġel jingħata l-ewwel għajnuna. Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.