Il-FIFA ħabbret li għamlet telf ta’ 300 mitt miljun lira sterlina għas-sena 2016 u hu mistenni li sa tmiem din is-sena tkun għamlet telf ta’ 400 miljun lira sterlina.
Raġuni prinċipali għal dan it-telf hu l-flus kbar li l-FIFA ħallset fi spejjeż legali relatati mal-iskandlu li tfaċċa fi ħdan il-Federazzjoni stess fl-2015.
F’dik is-sena l-President ta’ dakinhar, Sepp Blatter kien instab ħati li għadda pagamenti sigrieti lill-President tal-UEFA Michel Platini u eventwalment it-tnejn li huma ġew sospiżi.
Illum-il ġurnata dawn it-tnejn m’għadhomx involuti fl-isport u huma Gianni Infantino u Aleksander Ceferin li qed jokkupaw il-karigi (President tal-FIFA u President tal-UEFA) rispettivi.
Ta’ min jinnota li fis-sena li fih faqqa’ l-iskandlu, jiġifieri sentejn ilu, l-FIFA kienet irreġistrat telf ta’ mitt miljun lira sterlina.
Matul is-sena li għaddiet l-ispejjeż legali marbuta mal-avukati li ħallset il-FIFA kienu jammontaw għal 50 miljun lira sterlina.
Minkejja dan kollu, l-FIFA, permezz ta’ stqarrija qalet li qed tistenna li tirkupra meta sena oħra torganizza t-Tazza tad-Dinja li se ssir fir-Russja.
//= $special ?>