Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona irrifjuta li jagħti dettalji dwar arranġament kummerċjali bejn il-Malta Enterprise u Barts dwar modernizzar tal-laboratorji u modernizzar tal-parti tas-Sixth Form
Id-deputat Nazzjonalista George Pullicino staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar jgħid fiex se jintefqu l-€150,000 biex jiġi rranġat sular mill-iskola Sixth Form ta’ Għawdex biex jintuża minn Barts, għal kemm snin se jintuża minn Barts Medical School dan is-sular u kemm se jkunu qed iħallsu Barts lid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jew lill-Iskola Sixth Form ta’ Għawdex biex jiġi utilizzat dan is-sular f’din l-iskola.
Il-Ministru Chris Cardona wieġeb li x-xogħol jinkludi modernizzar tal-laboratorji u modernizzar tal-parti tas-Sixth Form li Barts ħa jkunu qegħdin jużaw sakemm titlesta l-iskola fl-Isptar ta’ Għawdex.
Il-ħlas hu arranġament kummerċjali bejn il-Malta Enterprise u Barts u d-dettajli fuq dan ma jistgħux jiġu mogħtija.
//= $special ?>