Il-Viċi-Kap tal-Opożizzjoni Beppe Fenech Adami ġab il-provi fil-parlament dwar każi ta’ diversi persuni li huma mniżżla darbtejn ir-reġistru elettorali u li għalhekk b’mod abbużiv jistgħu jivvotaw darbtejn.
Meta kien qed jitkellem fl-Aġġornament tal-parlament, Beppe Fenech Adami qal li tliet ġimgħat ilu l-parament iddiskuta l-proposti għat-tibdil elettorali mressaq mill-Kummissjoni Elettorali.
Dakinhar l-Oppożizzjoni esprmiet il-preokupazzjoni tagħha li fil-pajjiż hawn sitwazzjoni fejn hemm numru ta’ persuni li huma reġistrati fuq ir-reġistru elettorali iktar minn darba u għalhekk jistgħu jivvutaw darbtejn. Hu qal li f’Malta hawn sistema fejn il-liġi hi ċara dwar min jivvota; li huma ċittadini Maltin ta’ ‘l fuq minn 18-il sena u li jkunu Malta għal perjodu ta’ sitt xhur fis-sena u nofs ta’ qabel ikun ippubblikat ir-reġistru elettorali.
Beppe Fenech Adami qal li numru ta’ barranin li xtraw iċ-ċittadinanza spiċċaw fir-rerġistru elettorali bi dritt għall-vot. ID Malta kienet ħolqot sistema li biha persuni li manifestament ma jikkwalifikawx għall-vot u li m’għandhomx dritt għall-vot spiċċaw fir-reġsitru elettroali. Kieku ma kinx għas-sorveljanza tal-PN, dawn kienu jibqgħu fir-reġistru elettorali.
Dawn huma nies minn pajjiżi barranin fosthom ir-Russja, il-Lebanon u ċ-Ċina li bl-aktar mod oxxen spiċċaw fir-reġsitru elettorali. Dan meta kien evidenti li dawn ma jikkwalifikawx għall-vot.
Quddiem dan l-iskandlu l-PN ħa passi fil-qrati u bis-sorveljanza u l-effiċjenza tiegħu, il-PN ingħata raġun f’iktar minn 95% tal-każi fejn il-PN qabad nies li kienu se jmorru jivvutaw abbużivament. Dan kien skandlu kbir li għadu ħadd ma refa’ responabbiltà għalih fl-Aġenzija ID Malta jew fil-Gvern.
Il-Ministru Owen Bonnici għadu jiddefendi dan l-iskandlu fejn viċin il-100 persuna spiċċaw fir-reġistru elettorali b’abbuż. Issa l-iskandlu hu ikbar għax hemm kriżi u taħwid sħiħ f’ID Malta.
The Malta Independent sejħet din il-kriżi bħala l-kollass tas-sistema tal-ID cards f’ID Malta. Kollass li rrivela ruħu fl-artiklu fil-ġurnal fejn kien rapportat li minn kampjun ta’ 300 persuna, hemm madwar 80 persuna li fl-istess ħin kontemporanjament kellhom iktar minn ID card waħda.
Minkejja dan, il-Prim Ministru u l-Ministru Owen Bonnici ddikjaraw fil-parlament u barra u qalu li mhux veru li jeżisti dan ir-rapport u mhux veru li sar rapport ta’ 300 persuna bħala kampjun. Kien hemm anki min kellu tliet ID Cards.
Il-Prim Ministru allega li din hi storja ivvintata, li r-rapport ma sarx u li l-artiklu hu gidba. Wara ftit ġranet, il-Ministru Bonnici kellu jibla kliemu u kliem il-Prim Ministru u jammetti li meta qal li ma jeżistix ir-rapport fuq il-kampjun ta’ 300 persuna, hu kien żabljat u gideb għax ir-rapport jeżisti.
Beppe Fenech Adami qal li l-Ministru Bonnici ma qalx il-verità għal ġimgħat sħaħ. Il-gazzetta ppubblikat r-rapport bil-fatti u għalhekk il-Ministru Bonnici kellu jammetti li r-rapport jeżisti.
Beppe Fenech Adami qal li l-istorja hi ikbar minn hekk u sostna li s-sitwazzjoni llum hi li hawn nies fir-reġistru elettorali imniżżlin darbtejn u għalhekk jistgħu jivvutaw iktar minn darba.
Fl-aħħar reġistru elettorali ta’ Ottubru li għadda kien hemm persuni mniżżla darbtejn iżda Owen Bonnici għadu jigdeb sal-lum dwar dan u jgħid li dan mhux veru. Dawn huma l-istess nies iżda bin-numru tal-ID card differenti.
Beppe Fenech Adami esebixxa dokumenti li bihom il-Ministru Bonnici għandu jagħmel apoloġija lill-poplu Malti u jammetti li l-Oppożizzjoni kellha rġaun. Hu poġġa fuq il-mejda tal-Kamra l-prova ta’ dak li l-Ministru Bonnici qal li hu ‘gidba’. Id-dokumenti mpoġġa huma kopja tar-reġistru elettroali ta’ Ottubru li għadda meta ħarġu tnejn; ir-reġistru elettroali tal-kunsilli u l-parlament Ewropew u r-reġistru tal-elezzjoni ġenerali.
Fenech Adami rrifera għar-reġistru tal-kunsilli lokali fejn f’paġna 162 fis-Swieqi hemm persuna bl-isem identiku li għadha żewġ id cards differenti. Dan il-każ hu iktar serju għax wieħed mill-id cards li għandha l-persuna għandha numru ta’ id card li kien ta’ xi ħadd ieħor qabel. Fir-reġistru elettorali tal-2012 tidher persuna b’id card number li illum ingħata lil persuna oħra.
Beppe Fenech Adami qal li ħadd m’għandu jkollu d-dritt li jivvota darbtejn u mhux raġuni li jingħad li dan hu r-reġistru tal-kunsilli jew li hu r-reġistru tal-parlament Ewropew; li huma elezzjonijiet importanti ħafna wkoll.
Il-problema hi ikbar u testendi għar-reġsitru tal-elezzjoni ġenerali. Jirriżulta li minn dan ir-reġistru ta’ Ottubru 2016 f’paġna 197 u paġna 219 hemm l-istess persuna b’id card differenti reġistrata darbtejn u għalhekk tista’ tivvota darbetjn f’elezzjoni ġenerali.
Każ ieħor jinsab fir-reġistru tal-elezzjoni ġenerali f’paġna 162 fejn hemm persuna li hi imniżżla darbtejn. Quddiem dawn il-provi l-gvern ma jisatx ikun opinjoni għax dawn huma fatti ta’nies reġistrati darbtejn fir-reġistru elettorali tal-elezzjoni ġenerali u tal-kunsilli lokali.
Beppe Fenech Adami qal li t-taħwid f’ID Malta hu tant kbir li qed joħloq problemi għar-residenti onesti Maltin li qed jirċievu posta indirizzata għal persuni li ma jafuhomx. Fosthom ittri biex jiġbru ID cards li huma lesti. Dan hu taħwid li qed jinfirex anki fid-dipartmenti tal-gvern.
Hu semma ittra u informazzjoni dwar kif persuni ġenwini li jixtiequ japplikaw għal skemi tal-Awtorità tad-Djar spiċċaw jitilfu s-sussidju minħabba l-inkompetenza u l-korruzzjoni li hemm f’ID Malta. Hu ppreżenta ittra ta’ persuna li applikat għas-sussidju mill-Awtorità tad-Djar li ntalbet tagħti spjega għaliex fir-reġistru elettorali jidhru ismijiet ta’ persuni barranin b’kunjomijiet barranin li qed jgħixu magħhom fid-dar.
Ir-risposta tal-persuna kienet li ma tafx min huma dawn in-nies li l-Awtorità tad-Djar qalet li qed jgħixu magħhom. L-applikant wieġeb li mhux minnu li dawn qed jgħixu miegħu u li l-persuni msemmija ma jgħixux fid-dar.
Dan juri li hawn nies minn madwar id-dinja reġistrati fuq inidirizzi ta’ residenti u ċittadini Maltin, sostna Fenech Adami, li qal li dan jikkonferma l-abbuż u t-tgerfix f’ID Malta.
Il-PN se jkun hemm biex jassigura li l-abbużi ma jibqgħux iseħħu, sostna Beppe Fenech Adami, li sostna li l-PN m’hu se jħalli lil ħadd jisraq l-elezzjoni ġenerali li ġejja.
//= $special ?>