Lokali

L-Imam u l-Komunita’ Musulmana f’Malta tikkundanna l-attakki fuq il-Kristjani fl-Eġittu

Il-komunita’ Musulmana f’Malta tikkundanna l-isplużjonijiet li seħħew ilbieraħ fi knejjes Kopti Eġizzjani fil-bliet ta’ Tanta u Lixandra. L-Imam Mohammad Elsadi qal li irrispettivament minn huma l-kodardi li għamlu dawn l-attakki, dawn huma attakki fuq il-liberta’ li wieħed iħaddan ir-reliġjon tiegħu u dwar l-istorja twila u paċifik bejn il-Musulmani u l-Kristjani fl-Eġittu.

L-Imam Mohammad Elsadi qal t-terroristi huma l-għedewwa tal-umanita’, u kemm il-Musulmani u kif ukoll il-Kristjani qegħdin jiġu milquta minn dan it-terrur li jridu jħammġu r-reputazzjoni tal-Islam li proteġew lill-Kristjani fl-Eġittu u fl-Lvant Nofsani matul is-snin.

L-għan ta’ dawn l-attakki huma li joħolqu firda bejn in-nies li jħaddnu reliġjonijiet differenti. L-Imam Mohammad Elsadi qal li f’dawn iż-żminijiet diffiċli, huma esprimew solidarjeta’ u simpatija mal-poplu u l-familji tal-vittmi fl-Eġittu.