Sport Sport Ieħor

The Lightshop Hotsticks Champions nazzjonali tal-Hockey

It-tim ta' Hotsticks flimkien mal-partitarji jiċċelebraw wara li ngħataw it-tazza ta' Champions (Ritratt: Roberto Runza)

Wara għoxrin sena ta’ stennija, The LightShop Hotsticks ċ-Champions Nazzjonali tal-Hockey. Is-Slimiżi kienu l-aktar tim konsistenti matul l-istaġun, b’medja ta’ erba’ gowls skorjati f’kull logħba. Steve Portelli kien l-aqwa skorer tat-tim u tal-kampjonat bi tmintax-il gowl skorjati.

Taħt it-tmexxija tal-kowċ Andrei Imbroll u l-assistenti tiegħu, Luke Mallia u Steven Cachia, Hotsticks kellhom t-tim bl-aktar nofs il-grawnd b’saħħtu, immexxi mill-aħwa Plaehn u l-captain tat-tim Shaun Grima. Protagonista wkoll, għal darba oħra, kien il-gowlkiper Emile Borg li salva għal diversi drabi b’mod deċiżivi fil-logħbiet diretti.

Wara l-logħba, il-President tal-Assoċjazzjoni ppreżenta t-trofew biex minn hemm bdew iċ-ċelebrazzjonijiet mal-partitarji li dejjem li taw is-sapport lit-tim.

Tags