Lokali Parlament

Mill-Ministeru ta’ Zammit Lewis biss: Robert Abela jieħu €32,773 f’konsulenza

Robert Abela mal-Prim Ministru Joseph Muscat

Il-Ministeru tat-Turiżmu ħallas €32,773 fi ħlasijiet lill-entità legali tal-kandidat Laburista Robert Abela.

Dan jirriżulta minn tweġiba parlamentari tal-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis għal mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister għall-Ġustizzja Jason Azzopardi li staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu jew id-ditta legali tiegħu, meta ngħataw, liema entità kienet u kemm kien l-valur tal-ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena.

Il-Ministeru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li l-2014 l-Ministeru ħallas €8351, fl-2015 ħallas €10,057 waqt li fl-2016 ħallas €14,348 għal total ta’ €32,773 lill-enitità legali tal-kandidat Laburista Robert Abela.