Is-sewwieq tal-Yamaha Maverick Vinales kiseb it-tieni rebħa konsekuttiva dan l-istaġun meta nhar il-Ħadd li għadda ħareġ rebbieħ fuq iċ-ċirkwit tal-Arġentina.
F’tellieqa mill-aktar emozzjonanti, Vinales għeleb l-isfida ta’ Valentino Rossi, wkoll fuq Yamaha u ta’ Cal Crutchlow li daħlu fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.
Iċ-champion renjanti tal-Honda Marc Marquez kellu jirtira wara li waqa’ bil-mutur meta kien fl-ewwel post.
Grazzi għar-rebħa li kiseb Vinales sar l-ewwel sewwieq tal-Yamaha sa mill-1990 li rebaħ l-ewwel żewġ tlielaq tal-istaġun. It-Taljan Rossi, li fil-jiem ta’ qabel ma bediex jimpressjona, kisb riżultat li wieħed jista’ jgħid li kien riżultat mill-aqwa.
Jorge Lorenzo kellu jum diżastruż hekk kif kellu jirtira wara li ħabat ma’ Andrea Iannone tas-Suzuki.
Kif spiċċaw: Maverick Viñales,Valentino Rossi,Cal Crutchlow,Alvaro Bautista,Johann Zarco,Jonas Folger,Danilo Petrucci,Scott Redding,Jack Miller,Karel Abraham
//= $special ?>