Lokali

Parti minn Triq l-Imdina se tingħalaq mal-lejl sa nhar is-Sibt

Mil-lejla parti minn Triq l-Imdina – minn Ħal Balzan direzzjoni lejn ir-Rabat – se tkun magħluqa minħabba li se jkun qiegħed isir xi xogħol ta’ manutenzjoni.

Dan ħabbritu Transport Malta hekk kif spjegat li x-xogħol mistenni jibda mill-lum sa nhar is-Sibt 15 ta’ April, bejn id-9pm u t-3am.

Filwaqt li s-sewwieqa huma mħeġġa jsuqu b’attenzjoni, Transport Malta spjegat li matul dawn il-ħinijiet din il-parti se tkun qed tingħalaq għat-traffiku u għaldaqstant s-sewwieqa għandhom jużaw toroq alternattivi.