Lokali

Reazzjonijiet pożittivi għall-wegħda tal-PN dwar il-metro

“Il-proposta tal-Partit Nazzjonalista hi mingħajr ebda dubju pass fid-direzzjoni t-tajba, hekk kif infrastruttura aktar moderna ttejjeb l-kwalita’ tal-ħajja tan-nies. Flimkien mal-wegħda tal-Partit Nazzjonalista favur politika b’xejra aktar ambjentali – din il-wegħda għandha tiġi milqugħa minn kulħadd” – stqarr dan il-kliem ta’ tifħir l-Editorjal ta’ The Sunday Times of Malta, dwar il-proposta li ġiet żvelata mill-istess gazzetta dwar sistema’ tal-metro biex itejjeb it-trasport pubbliku f’Malta.

L-editorjal ta’ The Sunday Times of Malta qal li l-Partit Nazzjonalista kapaċi jġib rivoluzzjoni fl-infrastruttura ta’ pajjiżna, hekk kif l-istess artiklu qabel  ma’ Simon Busuttil li dan il-Gvern abbanduna għal kollox l-ippjanar u l-ambjent ta’ pajjiżna – hekk kif il-Gvern Laburista irdoppja l-ispiża rikorrenti mill-2013 sal-llum – partikolarment bl-impjieg ta’ numru kbir ta’ nies mal-Gvern – u naqqas n-nefqa fl-investiment fit-trasport pubbliku u t-toroq, li seta’ kien ta’ benefiċċju għal kwalita’ tal-ħajja u għat-turiżmu.

L-editorjal jistqarr li dan il-Gvern Laburista ma allokax biżejjed fondi għat-toroq – u fejn saħansitra qablu mal-Partit Nazzjonalista, fejn qal li hemm bżonn li jsir ristrutturar f’dan is-settur. The Sunday Times of Malta qalet li dan il-proġett imwiegħed mill-Partit Nazzjonalista jagħmel ħafna sens, hekk kif dan ipoġġi lil Malta fuq l-istess livell ma’ bliet kbar Ewropej.

Il-gazzetta temmet tgħid, li dan il-proġett tal-metro f’Malta hu aħbar sabiħa – hekk kif dan il-proġett li se jġib l-akbar avvanz radikali fis-sistema tat-trasport.

Il-PN b’viżjoni għal sistema ta’ metro b’investiment ta’ aktar minn €2.3 biljun fuq medda ta’ 20 sena