Żewġ persuni mietu, u numru ta’ nies sfaw feruti wara sparatura fi skola primarja f’San Bernardino f’California fl-Istati Uniti.
L-isparatura seħħet f’North Park Elementary School, fejn mal-ewwel fuq il-post waslu numru ta’ Pulizija sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Skont l-aħħar rapporti mill-media Amerikana, aktarx li għalliema hi waħda miż-żewġ vittmi.
Minn naħa tagħha, kelliem għall-Pulizija, Jarrod Burguan, qal li aktarx dan hu każ ta’ qtil u suwiċidju u seħħ ġo klassi. Il-Pulizija kkonfermat ukoll li s’issa żewġ persuni tħallew mejta fuq il-post, u żewġ studenti oħra ttieħdu l-isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tal-istudenti li ttieħdu l-isptar għadha mhux magħrufa.
Two adults are deceased in a classroom, believed to be a murder suicide. We believe the suspect is down and there's no further threat.
— Chief Jarrod Burguan (@SBPDChief) April 10, 2017
Il-Pulizija stqarret ukoll li l-persuna li wettaq l-attakk miet fl-isparatura.
Police operations are continuing to secure the area. However, we do believe the threat is down.
— Chief Jarrod Burguan (@SBPDChief) April 10, 2017
Aktar aħbarijiet kif jaslulna.
//= $special ?>