Sport Sport Ieħor

Speed endurance mill-All Wheel Drive Club

Fi tmiem il-ġimgħa l’All Wheel Drive Club organiżża attivita’ ta’ speed endurance fejn tnax il-vettura modifikata jew mibnija għal dan l-isport estrem ikkompetew kontra il-ħin.
Il-kompetituri kellhom tlettax il-prova fuq korsa twila ftit aktar minn mil.
Neville Ciantar ta’ Nusu Racing team megħjun minn Malcolm Gauci spiċċaw fit-tielet post filwaqt li Josmar Camilleri ta’ Kamoy Engineering okkupa it-tieni post filwaqt li Rudy Farrugia megħjun minn Mark Zahra ħargu rebbieħa f’din il-kompetizzjoni.
L-attivita saret bil-koperazzjoni ta’ Paul Xuereb ta’ Hardrocks ta’ il-permessi meħtiega lill-All Wheel Drive Club biex din l-attivita ssir fil-barriera tagħhom.