Sport Sport Ieħor

The LightShop Hotsticks rebħu t-titlu fil-Kampjonat Nazzjonali tal-hockey

Wara għoxrin sena ta’ stennija, The LightShop Hotsticks rebħu t-titlu fil-Kampjonat Nazzjonali tal-hockey minkejja li fl-aħħar partita tal-Kampjonat sfaw megħluba 3 – 0 minn Qormi

Is-Slimiżi kienu l-aktar tim konsistenti matul l-istaġun, b’medja ta’ erba’ gowls skurjati f’kull logħba.

Steve Portelli kien it-‘top scorer’ tat-tim u tal-kampjonat bi tmintax il-gowl skurjati.

Immexxija mill-kowċ Andrei Imbroll u l-assistenti tiegħu, Luke Mallia u Steven Cachia, Hotsticks kellhom t-tim bl-aktar ‘midfield’ b’saħħtu, mmexxi mill-aħwa Plaehn u l-‘captain’ tat-tim Shaun Grima.

Protagonista wkoll, għal darb’ohra, kien il-‘goalkeeper’ Emile Borg li kien strumentali f’-logħbiet kruċjali.

Il-biċċa l-kbira tat-tim ġej minn ‘Nursery’ tal-klabb. Iżda dan is-suċċess f’dan l-istagun kien possibbli grazzi għall-kontribut ta’ dawk il-‘players’ li ġew minn barra l-klabb u li llum saru parti mill-familja Slimiża.

Wara l-logħba, il-President tal-Assoċjazzjoni Chris Busutil Leaver ippreżenta t-trofew u minn hemm bdew iċ-ċelebrazjonijiet mal-bosta partitarji li dejjem segwew liċ-‘Champions’ il-ġodda.