Sport Sport Ieħor

It-Tim Malti tar-Raffa ħa sehem b’suċċess fit-tournament internazzjonali

It-Tim Malti tar-Raffa ħa sehem b’suċċess fit-tournament internazzjonali organiżżat f’Hard fl-Awstrija.

It-Tim Malti li fetaħ l-impenji tiegħu bi kwalifika minn Grupp Ċ kien magħmul minn David Farrugia, Reno Farrugia u Stefan Farrugia.

Malta ġiet fit-tielet post wara Hard tal-Awstrija u Uzwil tal-Iżvizzera.

Eridio Bocce ta’ Trentino Alto Adgie ġew fir-raba’ posizzjoni.

F’dan it-tournament internazzjonali flimkien mat-tim Malti ħadu sehem xejn anqas minn sittax il-tim mill-Ġermanja, Awstrija, Italja, Żvizzera, Russja, Ungerija u Liechtenstein.