Lokali

TKOMPLI L-MEWĠA TA’ KRIMINALITA`: Hold-up f’nofs ta’ lejl fuq anzjan f’Ħal Qormi

Żewġ ħallelin armati jaħarbu b'ammont ta' flus kontanti

Kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-1:30am, il-Pulizija ġiet infurmata li kienet seħħet serqa minn ġo residenza li tinsab fi Triq il-Blata, Ħal Qormi.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Ħal Qormi marru fil-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li żewġ persuni daħħlu ġor-residenza, waqt li ġewwa kien hemm anzjan ta’ 86 sena.

Il-vittma allega li l-persuni kienu mgħammda u wieħed minnhom kellu ukoll arma tan-nar f’idu. Dan ta’ l-aħħar beda jżomm lill-anzjan sabiex ma jiċċaqlaqx, filwaqt li l-persuna l-oħra bdiet tqalleb fid-dar. Iż-żewġ persuni ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti.

L-anzjan ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.