Futbol Sport

Tony Adams kowċ ta’ Granada

L-eks captain u difensur ta’ Arsenal Tony Adams inħatar bħala kowċ tat-tim Spanjol ta’ Granada sa tmiem l-istaġun. Adams se jkun qed jieħu post Lucas Alcaraz wara li dan tkeċċa wara t-telfa ta’ 3-1 ta’ tmiem il-ġimgħa kontra Valencia.

Granada jinsabu fid-19-il post fil-klassifika tal-La Liga u qegħdin jissieltu biex isalvaw posthom fl-ogħla diviżjoni.

Għal Adams din se tkun l-ewwel kariga sa minn Novembru tal-2011 meta dakinhar kien imexxi lit-tim mill-Ażerbajġan Gabala.

Ta’ min jinnota li Adams hu l-Viċi President tal-kumpanija DDMC, il-kumpanija tal-President tat-tim, John Jiang.