Il-Ħadd, hekk kif intemmet l-attività politika fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista fl-Isla, il-Kap tal-PN Simon Busuttil, akkumpanjat minn deputati parlamentari u kandidati għall-elezzjoni ġenerali, żar il-Bażilika tal-Isla, fejn tinsab esposta l-istatwa meqjusa bħala mirakoluża ta’ Kristu Redentur, li ftit jiem ohra se jibda fuqha restawr estensiv.
Id-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ntlaqgħet mill-Arċipriet tal-Bażilika, il-Kanonku Robin Camilleri.
Waqt din iż-żjara, kien spjegat lill-Kap tal-Oppożizzjoni l-proċess rigoruż li se tgħaddi minnu f’dan ir-restawr din l-istatwa, meqjusa bħala teżor nazzjonali anki għax hi waħda mill-eqdem u l-iktar meqjuma f’Malta.
Il-proġett tal-konservazzjoni u r-restawr fuq l-istatwa tar-Redentur se jibda f’Mejju li ġej u mistenni jieħu 9 xhur.
//= $special ?>





