Futbol Sport

Aġġornata: Tliet splużjonijiet qrib ix-xarabank tal-iskwadra tal-Borussia Dortmund – il-partita posposta

Marc Bartra huwa l-unika plejer li weġġa f’dan l-inċident – Il-partita bejn il-Borussia Dortmund u AS Monaco ġiet posposta għal għada.

Il-partita se tintlagħab għada fis-18.45.

Tliet splużjonijiet seħħew qrib ix-xarabank tal-iskwadra tal-Borussia Dortmund qabel il-partita tal-UEFA Champions League kontra AS Monaco. Meta seħħew l-isplużjonijiet ix-xarabank kienet ħierġa mil-lukanda li t-tim Ġermaniż kien fiha qabel il-partita tal-lejla.

Id-difensur Marc Barta huwa l-unika plejer li weġġa f’dan l-inċident infatti fi tweet l-iskwadra Ġermaniża qalet li ħadd aktar ma weġġa ħlief Bartra. Il-plejer Marc Bartra weġġa’ gravi u ttieħed l-isptar. Il-klabb fi tweets oħra qal li l-partita se ssir għada fis-18.45 u li l-biljetti tal-lum huma validi għall-partita t’għada.

Il-Parlament juri solidarjetà ma’ Borussia Dortmund