Ryan Dimech ta’ 37 sena minn Ħaż-Żebbuġ ingħata sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn wara li nstab ħati li agredixxa żewġ Pulizija waqt tilwima wara inċident tat-traffiku żgħir.
Hu kien akkużat li hedded u agredixxa lill-uffiċjali tal-Pulizija wara li waqt li kien qed isuq it-trakk ta’ missieru kien involut f’ħabta ma’ karozza misjuqa minn mara. L-inċident seħħ f’Novembru 2007 f’San Pawl il-Baħar u wara l-ħabra Dimech u l-mara qabdu jargumentaw u l-akkużat anke uża kliem mhux xieraq. Pulizija li nzerta għaddej mill-inħawi waqaf biex jintervjeni u Ryan Dimech infexx f’rabja miegħu u kien hawn li l-Pulizija talab l-għajnuna mill-għassa tal-Mosta.
Dimech irreżista l-arrest u beda jagħti bis-sieq u bil-ponn tant li wieħed mill-Pulizija tkissirlu n-nuċċali u ieħor kellu bżonn assistena medika. Wara li l-Pulizija rnexxielhom jimmanettjawh, dan baqa’ juża kliem baxx.
Fil-Qorti kemm l-akkużat u anke l-Pulizija taw verżjonijiet kuntrastanti u għalhekk il-Maġistrat Marseann Farrugia qalet li x-xhieda tal-mara involuta fil-ħabta kienet l-iktra waħda indipendenti.
Il-Qorti innotat il-fedina penali ikkulurita tal-akkużat u qalet li hu kien ħoloq kjass sħiħ fuq inċidenty żgħir li suppost kellhom jitrattawġ il-gwardjani lokali. Il-Qaorti innutata ukoll li Dimech għandu diffikultà biexd jikkontrolla r-rabja iżda għandu xogħol stabbli u kien qed jipprova jrażżan il-problema. Għalhekk sentenza ta’ ħabs ma kinitx adattata u filwaqt sabet lill-Dimech ħati, il-Qorti ikkundannatu sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal erba snin u imponiet ordni ta’ superviżjoni għal tliet snin. Kien ordnat iħallas €60.56 tan-nuċċali tal-Pulizija.
//= $special ?>

