Lokali Parlament

Il-Parlament juri solidarjetà ma’ Borussia Dortmund

Il-Parlament Malti espriema solidarjetà mat-tim tal-football ta’ Borussia Dortmund li safa’ mira ta’ attakk terroristiku meta l-coach tal-players tad-Dortmund kienet attakkata bi tliet splużjonijiet li fihom weġġa’ player waqt li l-logħba kontra Monaco kienet kanċellata.

Id-deputat Speaker tal-Parlament Ċensu Galea ingħaqad mal-Gvern u mal-Oppożizzjoni fl-espressjoni tas-solidarjetà mal-players u d-dirġenti ta’ Borussia Dortmund quddiem dan l-attakk trerostitiku.

F’diskors il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici kkundanna dan l-attakk terroristiku u qal li l-ebda attakk terroristiku mhu se jwaqqaf jew ibiddel l-istil ta’ ħajja Ewropea tal-popli Ewropej.

Il-Ministru Bonnici qal li dan l-attakk barbaru għandu jsaħħaħ ir-rieda tal-popli Ewropej biex jibqgħu jikkumbattu t-terroriżmu li għandu l-iskop li jkisser il-valuri Erwopej. Hu poġġa dan l-attakk terroristiku fil-kuntest tal-Presidenza Maltija tal-UE u qal li dan l-attakk għandu jsaħħaħ ir-rieda tat-tmexxija Ewropea biex din tkompli tingħaqad.

Għall-Oppożizzjoni tkellem id-Deputat Nazzjonalista Peter Micallef li qal li l-Oppożizzjoni tesprimi solidarjetà mal-poplu Ġermaniż u mal-klabb ta’ Borussia Dortmund quddiem dan il-mument diffiċli. Dan hu attakk kontra l-vlauri Ewropej u għandu jkun kundannat minn dawk kollha li jgħożżu l-valuri tas-sewwa.

Aġġornata: Tliet splużjonijiet qrib ix-xarabank tal-iskwadra tal-Borussia Dortmund – il-partita posposta