– Beppe Fenech Adami, PN
Il-Viċi-Kap tal-PN Beppe Fenech Adami qal li l-poplu jinsab preokkupat bil-mewġa kbira ta’ kriminalità li hawn fil-pajjiż bħalissa.
Meta kien qed jitkellem fid-dibtatitu parlamentari dwar l-Abbozz li jemenda l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, il-Viċi-Kap tal-PN Beppe Fenech Adami qal li fi żmien Gvern Nazzjonalista kien daħal il-kunċett tal-parole, li biha persuni l-ħabs, lejn tmiem it-terminu tagħhom fil-ħabs, ikunu jistgħu japplikaw għall-parole biex l-aħħar żmien qabel joħorġu huma jmorru fis-soċjetà biex jibdew jintegraw.
Għal dan il-proċess seta’ japplika kull priġunier b’eċċezzjoni għall-priġunieri li jkunu qed jiskontaw sentenza ta’ piena ta’ għomor il-ħabs. Din id-deċiżjoni kienet ikkontesta fil-qrati u l-Qorti Kostituzzjonali ddeċċidiet li l-liġi Maltija kienet tikser id-dritt fundamentali tal-persuna.
Għalhekk din hi liġi li qed issir biex il-liġi tkun tirrifletti d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali. Wara 30 sena ħbas, b’din il-liġi priġunier li jkun weħel għomru jista’ japplika għall-parole. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dejjem iddeċidiet favur li l-persuna li tkun weħlet għomorha l-ħabs tista’ tapplika għall-parole.
Din hi liġi li diġà teżisti fil-pajjiżi kollha tal-UE. Quddiem din il-leġiżlazzjoni l-parlament Malti qed jikkunsidra u jifhem wkoll is-sitwazzjoni tal-vittmi li jkunu inqatlu fir-reati mwettqa mill-priġunieri. Din il-liġi mhix tnaqqas mill-kruha tar-reati li jkunu twettqu.
Beppe Fenech Adami tkellem dwar is-sitwazzjoni fil-ħabs u qal li l-ħabs għandu jkun post fejn persuna toħroġ riformata. Il-pajjiż għadu ma rnexxielux joħloq sistema tajba biżżejjed biex joħroġ mill-pajjiż jilqa’ għas-sitwazzjoni diffiċli li jkun fiha. Għad hemm wisq nies li jsibuha diffiċli biex jirrintegraw fis-soċjetà propju għaliex wara li joħorġu mill-ħabs la jkollhom xogħol, la flus u lanqas dar fejn jgħixu. Għalhekk għandu jsir l-investiment meħtieġ biex ma jkunx hmem persuni li jrġġgħu jwettqu r-reati.
Fil-ħabs għad hemm problemi ta’ droga fejn prattikament il-ħabs hu mifqugħ bid-droga, sostna Beppe Fenech Adami, li appella għall-ikbar impenn biex is-sitwazzjoni tkun imtejba għaliex is-sitwazzjoni sejra lura.
Il-priġunieri għandhom ikunu stmati b’dinjità. Dwar l-ikel fil-ħabs, Beppe Fenech Adami qal li mhux aċċettabbli flok jitjieb, l-ikel tal-ħabs ikun f’sitwazzjoni ħażina. L-aktar oġġetti ezzenzjali għall-ħabisn qed jinbigħu mit-tuck-shop tal-ħabs bi prezzijiet għola minn dawk li hemm barra. Qed issir ekonomija anki fuq it-toilet paper fiċ-ċelel.
Beppe Fenech Adami tkellem dwar l-uffiċjali tal-ħabs u qal li hemm diskriminazzjoni bejn il-gwardjani. Illum dieħla l-idea ta’ distinzjoni bejn l-antiki u l-ġodda u bejn dawk li huma aġevolati u dawk li m’humiex. Fl-aħħar ġranet saru dikjarzzjonijiet inkwetanti mill-unions tal-gwardjani tal-ħabs li ddikjaraw li fil-ħabs hemm diskriminazzjoni.
Din il-union iddikjarat li se titlaq mill-GWU għax il-GWU ilha snin muta u ma tiddefendix lll-ħaddiema. Il-GWU llum spiċċat il-union kompliċi mal-gvern fil-każi ta’ diskriminazzjoni, fit-tkattir tal-prekarjat u fit-tnaqqir tad-drittijiet tal-ħaddiema. Il-GWU llum saret biss il-mezz tax-xandir tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Beppe Fenech Adami qal li l-gvern u l-GWU rmew lill-gwardjani iżda l-PN jiggarantilhom id-drittijiet tagħhom. Il-Gvern Laburista nesa lil dawn il-ħaddiema; il-ħaddiema ż-żgħar bil-GWU tidħol f’sistema bil-prekarjat biex il-ftit jaqilgħu il-ħafna u l-ħddiema jaħdmu bil-prekarjat.
Dwar il-probation officers, hu qal li l-kundizzjonijiet għadhom diffiċli u għad hawn nuqqas kbir ta’ probation oifficers.
Meta tkellem dwar il-kriminalità, Fenech Adami qal li hawn mewġa ta’ kriminalità bla preċedent. Quddiem din il-kriminalità l-Ministru tal-Intern għamel biss tweet li kien hemm każ li nqabdu nies jittraffikaw id-droga.
Beppe Fenech Adami qal li l-PL ilu erba’ snin li fihom għamel ħames kummissarji tal-pulizija u kellu żewġ ministri tal-intern. Dan meta l-PL wiegħed li se jsolvu l-problemi kollha. Fil-pajjiż hawn mewġa ta’ karozzi-bombi, splużjonijiet, ħruq ta’ karrozzi, barranin li jwettqu vjolenza fi ġied, serq, attakki fuq anzjani u qtil. Il-poplu hu nkwetat b’din is-sitwazzjoni.
Il-Viċi-Kap tal-PN Beppe Fenech Adami qal li f’San Pawl il-Baħar hawn problemi kbar ta’ kriminalità u problemi kbar ta’ drogi f’lokalitajiet oħra, mill-Marsa, Marsascala sa Buġibba. Fil-pajjiż m’hawnx sens ta’ liġi fil-pajjiż fejn kollox sar jgħaddi u xejn mhu xejn.
Beppe Fenech Adami semma l-inkjesta dwar id-droga f’Għawdex u qal li din l-allegazzjonijiet fil-konfront ta’ ministri li jiltaqgħu ma’ ġenitur ta’ traffikant u l-persuna ma titressaqx il-qorti akkużata bi traffikar ta’ droga. Dan wara li persuna ma tressqitx bi traffikar iżda tressqet b’pussess biss.
Din l-inkjesta saret minn ex kandidat Laburista stess; dan hu gvern li lanqas fadallu diċenza biex l-inkjesta ssir minn persuna indipendenti. Dan meta ftit ġimgħat ilu lil dan l-ex kandidat poġġewh f’bord ta’ awtorità. Fl-inkjesta ma ntbagħatux għal diversi nies fosthom il-missier implikat, għall-pulizija, ma ġabrux is-CCTV u ma tkellmux ma’ min jiftaħ il-Ministeru għal Għawdex. Dan għaliex fl-inkjesta l-ministri involuti qalu li huma ma kinux inovluti. Għall-gvern dan hu biżżejjed!
Hu qal li l-Ministru Oen Bonnici reġa’ gideb dwar l-id cards meta qal li m’hemmx nies fir-reġistru elettorali li m’humiex imniżlin darbtejn. Dan meta hemm il-provi li fir-reġistru hemm nies imniżżlin darbtejn. Mhuv veru li kienet ID Malta li saret taf bil-każi għaliex ID Malta saret taf b’dawn il-każi wara l-artiklu ta’ The Malta Independent.
Beppe Fenech Adami qal li llum kien hemm laqgħa tal-Kummissjoni Elettorali bejn il-PN u l-PL fejn il-Kummissjoni qed turi tħassib kbir dwar il-problema ta’ nies li għandhom żewġ ID cards. Minkejja dan, ID Malta tirrifjuta li tgħaddi informazzjoni lill-Kummissjoni Elettorali fejn il-Kummissjoni qed tikkunsidra miżuri legali fil-qrati.
//= $special ?>