Lokali

Inċident tat-traffiku fl-Imsida; tliet persuni jingħataw għajnuna medika

Inċident tat-traffiku fl-Imsida wassal biex tliet persuni ngħataw għajnuna medika għal ġrieħi li ġarrbu f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:30 pm fi Triq ix-Xatt.

Fuq il-post issejħet ambulanza, iżda l-persuni involuti rrifjutaw li jittieħdu l-isptar u ngħataw kura medika għall-ġrieħi ħfief li ġarrbu fuq il-post.