Lokali Qorti

Jeħel 30 xahar ħabs wara li ħebb għal raġel b’sikkina

Il-Qorti fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

Somalu ta’ 21 sena kien ikkundannat 30 xahar ħabs wara li ħebb għal raġel ieħor b’sikkina meta kien fis-sakra f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ f’Marzu tas-sena l-oħra meta s-Somalu, Mohammed Hassan Abdillahi li kien riċediv, ikkommetta reat waqt il-perijodu effettiv ta’ sentenza sospiża mogħtija lilu f’Awissu 2015.

Il-Maġistrat Aaron Bugeja sema kif l-akkużat allegatament kien fis-sakra meta ħebb għal Nicolas Marie Joseph Lejeune.

Il-Qorti sabet lis-Somalu ħati tal-akkużu miġjuba kontrih u kkundannatu sentenza ta’ 30 xahar ħabs u weħel multa ta’ €116.