Lokali

Jissokta l-martirju ta’ Andreas; bintu għadha maħtufa

Konferma li l-omm għadha maħruba wara li telqet minn Malta bit-tifla b'kollox

Għadha ma nstabitx il-mara li ilha maħruba minn Malta mill-bidu ta’ Marzu – mara li ħarbet bit-tifla ta’ Andreas Wil Gerdes.

Din il-ġimgħa Andreas ħalla messaġġ ieħor permezz ta’ YouTube sabiex tkompli t-tfittxija internazzjonali għal bintu, u għal din il-mara li allegatament għandha passat kriminali.

“L-Appoġġ għandhom mandat biex jipproteġu lil tfal bħalma hi Aurelia”, sostna Andreas Wil Gerdes fil-messaġġ tiegħu.