Lokali

L-attakk fuq il-Marokkina fis-Swieqi rappurtat anke fil-media Libjana

Il-Libjani suspettati
Ħjiel li wieħed mill-aggressuri jista' jkun ħarab lejn Stokkolma

Il-ġurnal Libjan The Observatory segwa mill-qrib il-każ żvelat minn NetNews.com.mt il-ġimgħa li għaddiet, fejn mara qed tallega li l-eks sieħeb tagħha aggrediha u temm ħesrem it-tqala li kellha.

Il-vittma hija Marokkina, u hija instabet marbuta fil-kamra tal-banju tal-appartament li għandha mikri fis-Swieqi. The Observatory irrapporta d-dettalji tal-allegat abort, u l-fatt illi l-aggressuri kienu ta’ nazzjonalita’ Libjana.

Kif konna żvelajna esklussivament xi jiem ilu, l-allegat aggressur – Ashraf Ammar Marghami – ma aġixxiex waħdu. Fi tmiem il-ġimgħa, il-gazzetta The Malta Independent ippubblikat ritratti taż-żewġ Libjani l-oħra li qed issir tfittxija għalihom.

Il-mara qed tgħid li Ashraf ħarab b’ajruplan lejn il-Polonja, u minn hemm qabad numru ta’ ferrovijji li ħaduh fi Stokkolma. Fuq ismu hemm mandat ta’ arrest internazzjonali, filwaqt li l-Europol qed issegwi b’attenzjoni dan il-każ serju.

L-akkużat li jinsab imfittex mill-Pulizija
It-triq fejn seħħ l-inċident li fih omm Marokkina kienet imġiegħla tagħmel abort