Lokali Parlament

L-Awditur Ġenerali għandu jinvestiga direct order ta’ €880,000 fil-ħabs

Ix-Shadow Minister għall-Ġustizzja Jason Azzopardi appella lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga l-għoti ta’ direct order ta’ €880,000 biex jinbidel il-wiring tas-sistema ta’ komunikazzjoni fil-ħabs.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament dwar l-Abbozz ta’ Liġi li Jemenda l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, Jason Azzopardi qal li hemm ħela u abbużi fil-ħabs fejn ingħatat direct order ta’ €880,000 biex jinbidlu sistemi ta’ wires tal-informatika fil-ħabs.

Dan id-direct order inħareġ biex il-ħlas isir bil-metru flok kif kien isir bil-bulk. Fil-ħabs dan ix-xogħol beda ferm qabel Diċembru li għadda meta d-direct order ingħatat f’Diċembru.

Hu staqsa kif seħħ dan, għaliex ix-xogħol qed isir bit-trunking mal-ħajt meta qabel meta sar dan ix-xogħol ta’ wiring ix-xogħol billi tħaffru t-trinek minħabba s-sigurtà.

Il-kumpanija li ħadet ix-xogħol la għandha esperjenza, la għandha Facebook u laqnas web site. Ħadd ma jaf din il-kumpanija x’inhi. Din hi kumpanija propjetà ta’ persuna miż-Żejtun u meta beda x-xogħol, qabel ingħata d-direct order, kellha żewġ ħaddiema jbiddlu l-wiring tal-informtaika tal-ħabs li saru impjegati bħala gwardjani tal-ħabs.

Kieku ħarġet offerta, din il-kumpanija ma setgħetx tieħu sehem fil-proċess għaliex il-kumpanija ma ħallsitx it-taxxa tagħha għaliex l-aħħar audit financial statement kienu ppreżentati l-MFSA fl-2012.

Fl-2010 l-PL kien tkaża għax il-Gvern Nazzjonalista ta direct order ta’ €100,000 għall-marketing, ta direct order ta’ €70,000 fuq l-istudju fuq l-interconnector, ta €37,000 lil WE u ta direct order ta’ ikel għall-immigranti. Fuq dawn id-direct orders, il-PL kien talab lill-Avukat Ġenerali biex jinvestiga.

Għalhekk l-Oppożizzjoni titlob investigazzjoni mill-Awditur Ġenerali u lill-Ministru tal-Intern biex jippubblika l-kuntratt ta’ din id-direct order ta’ €880,000.

Meta fi żmien Gvern Nazzjonalista kienu installati 240 camera CCTV fil-ħabs bil-wirirng u r-recorders ħarġu żewġ offerti u n-nefqa ammontat ta’ inqas minn €500,000.

Hu qal li d-direct order mhix ġusta fil-konfront tan-negozji li jipprovdu s-servizzi ta’ wiring li jaħdmu u joperaw f’dan is-stetur.

Jason Azzopardi qal li din il-liġi għandha tirrispetta u tikkunsidra lill-vittmi tar-reat, fejn il-gvern hu xħiħ. Dan kuntrarjament għall-mod kif meta mas-sid tal-Cafè Premier jew ma min ingħatat d-direct orders. Il-vot għal sena għall-vittmi tar-reat hu ta’ €1,000; vot miżeru.

Fil-kostituzzjoni għandhom isiru r-riformi dwar sentenzi tal-qrati li jibqgħu jimplimentaw liġijiet li jiksru d-drittijiet tal-bniedem għax il-parlament ma jkunx għadu illeġiżla. Jeħtieġ li jsiru l-bidliet meħtieġa biex is-sitwazzjoni tkun ironika għaliex il-gvern idum biex jilleġiżla

Ix-Shadow Minister għall-Ġustizzja tkellem dwar il-ħabs u kkundanna t-transfers vendikattivi li qed iġibu uġigħ u demolarizzazzjoni.

Ikkummenta