Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-sitta u għoxrin, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ganu, Birkirkara.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni kienet seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Yamaha MT-07 u karozza tat-tip Toyota Aygo.
Is-sewwieqa tal-mutur – mara ta’ 45 sena, residenti r-Rabat ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
Filwaqt li mara ta’ 29 sena, mill-Imsida li kienet qiegħda ssuq it-Toyota Aygo ma sofriet l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulzija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>