Lokali

Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident f’Santa Venera

habta
Incident

Żagħżugħ ta’ 16-il sena mill-Mosta ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei wara inċident tat-traffiku fi Triq il-Kbira San Ġużepp f’Santa Venera. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa. Huwa ħabat ma’ karozza misjuqa minn mara ta’ 47 sena mill-Mosta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17.45 hekk kif jidher li vettura qabżet il-oħra b’kawża ta’ dan seħħ l-impatt bejn il-vetturi involuti.

Aktar dettalji ‘l quddiem.