Il-Pulizija Ġermaniża qed tipprova issib min kien wara l-attakk b’bombi kontra x-xarabank tat-team tal-football Ġermaniż il-Borussia Dortmund. Fil-post tal-attakk, instabet ittra imma l-Pulizija qed iżommu fommhom magħluq dwar x’fiha. Is-suspetti ewlenin hu li dan l-attentat kellu rabta mat-terroriżmu Iżlamiku.
Il-Pulizija Ġermaniża wettqet rejds u f’wieħed minhom kien arrestat raġel. Raġel li kien wieħed minn tnejn imfittxija u li jidher li għandhom rabtiet ma’ estremisti Iżlamiċi.
B’kollox kien hemm tlett splużjonijiet max-xarabank, li ma kinux kbar imma ħallew player tal-Borussia….l-Ispanjol Marc Bartra kif ukoll Pulizija fuq mutur li kien skorta feruti. Dan hekk kif kienu sejrin l-istadium għal-logħba tac-Champions League kontra l-Monaco.
L-istadium kien diġa mimli partitarji li kellhom jibqgħu ġewwa sakemm kien assigurat li m’hemmx periklu. Peress li l-Borussia kienu home, in-nies ta’ Dortmund bdew joffru kenn lil partitarji tal-Monaco għal-lejl. Jidher li l-bombi tħallew f’ilwa ta’ triq fejn ix-xarabank naqset il-veloċita.
L-isplużjoni wasslet biex ħġieġ tax-xarabank jinkiser f’zewg partijiet u tyre jinfaqa.
//= $special ?>