Lokali Parlament

€12,600 oħra għall-Avukat Robert Abela mill-Ministeru tas-Saħħa

Robert Abela mal-Prim Ministru Joseph Muscat

Wara li kien żvelat li l-kandidat Laburista Robert Abela ħa €32,772 f’konsulenzi mill-Ministeru tat-Turiżmu, issa jirriżulta li l-Ministeru tas-Saħħa ta konsulenza ta’ €12,600 lill-istess esponent Laburista.

Dan ikkonfermah il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne meta wieġeb mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister għall-Ġustizzja Jason Azzopardi li staqsa lill-Ministru għas-Saħħa jgħid jekk wara Marzu 2013 xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mingħand l-Avukat Robert Abela u kemm kien il-valur ta’ ħlas tax-xogħol imsemmi,.

Il-Ministru Chris Fearne wieġeb li fl-2013 ingħataw €4,130, fl-2014 ingħataw €4,289 u fl-2016 ingħataw €4,200 f’konuslenza lill-Avukat Robert Abela.

B’hekk b’kollox il-kandidat Laburista Robert Abela ħa aktar minn €45,000 f’konsulenza.