“Evidentament għad fadal ħafna xi jsir biex nistabilixxu l-materjal u l-fatti l-aktar relevanti f’dan il-każ” – stqarr dan il-kliem l-Editorjal tat-Times of Malta, fil-konfront tal-inkjesta li saret dwar l-iskandlu taż-żewġ Ministri Laburisti involuti fit-traffikar tad-droga f’Għawdex.
L-editorjal jikkritika b’mod qawwi l-mod kif sar din l-inkjesta, li jżid li hemm nuqqasijiet kbar fir-rapport, fejn minn 12-il paġna tal-inkjesta qatt ma ġew investigati l-Ministri involuti – il-Ministru Manuel Mallia u l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo.
L-editorjal ta’ Times of Malta jistaqsi:
- Għalfejn il-Pulizija eskortaw bil-muturi għal-laqgħa urġenti lill-Ministru?
- Ġew mistoqsija l-ħaddiema fil-Ministeru u ġew eżaminati l-filmati tac-CCTV?
- Ġie kkonfermat fejn kienu l-Ministri Anton Refalo u Manuel Mallia fil-lejla meta seħħ dan l-iskandlu fil-Ministeru t’Għawdex?
- Ġew eżaminati r-rekords ta’ meta t-tfajla daħlet fl-għassa tar-Rabat Għawdex biex tbiddel il-verżjoni li tat dwar t-traffikanti tad-droga?
- Ġie kkuntattjat l-avukat tat-tfajla?
- Ġew investigati l-ġenituri tat-trafifkanti tad-droga?
- Il-bord tal-inkjesta qatt staqsa x’ġiegħel lit-tfajla tbiddel il-verżjoni tat-traffikanti tad-droga?
“Evidentament għad fadal ħafna xi jsir biex nistabilixxu l-materjal u l-fatti l-aktar relevanti f’dan il-każ”
L-editorjal ta’ The Times of Malta qal li minn dawn il-mistqosijiet li għamlet il-gazzetta stess jirriżulta li l-inkjesta ma saritx sew – u li għad fadal ħafna xi jsir biex jiġu stabbiliti l-fatti u l-materjal tal-każ tal-involviment tal-Ministri Laburisti fil-każ tat-traffikar tad-droga fil-Ministeru t’Għawdex.
//= $special ?>