Formula 1 Sport

Fernando Alonso se jitlef il-GP ta’ Monaco

Fernando Alonso

Is-sewwieq tal-McLaren Fernando Alonso mhux se jieħu sehem fil-Grand Prix ta’ Monaco li se jsir fit-28 ta’ Mejju. Dan minħabba l-fatt li hu, minflok, se jtellaq fl-Indianapolis 500.

Alonso, li għandu 35 sena ingħata l-permess jagħmel dan mingħand it-tim tiegħu u b’hekk se jkun qed itellaq mat-tim ta’ Andretti li għandom magna Honda (bħal tal-McLaren).

Il-McLaren issa jridu jaraw min se jkun is-sewwieq li jieħu post Alonso u hemm spekulazzjonijiet li jista’ jkun l-ekssewwieq tagħhom stess Jenson Button li jagħmel dan, anke jekk hu rtira mill-isport fi tmiem l-istaġun li għadda.

F’kummenti li ta Alonso qal li minkejja li qatt ma ħa sehem fil-kompetizzjoni tal-Indy jinsab fiduċjuż li se jmur tajjeb fit-tellieqa.

Hekk kif ħarġet l-aħbar kien hemm anke spekulazzjonijiet li b’din il-mossa Alonso kien qed ikompli juri li ma tantx hu kuntent mal-McLaren imma hu pront ċaħad dan kollu u qal li s-sena li ġejja se jkun qed jikkompeti f’Monaco bil-karozza tal-McLaren.