Lokali

FILMAT: “Dak li kellu jiġri ma ġarax” – kliem Saviour Balzan dwar l-inkjesta tat-traffikar tad-droga f’Għawdex

Saviour Balzan qal li s-sekwenza tal-affarijiet kif ġraw fil-Ministeru t’Għawdex ukoll huma biżejjed biex iqajmu suspetti

“Huwa ċar – dak li kellu jiġri ma ġarax” – kliem l-editur maniġerjali tal-Malta Today Saviour Balzan, dwar l-inkjesta maħtura mill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar l-involviment ta’ żewġ Ministri Laburisti fl-iskandlu tat-traffikanti tad-droga f’Għawdex.

L-iskandlu taż-żewġ Ministri involuti f’dan il-każ ġie żvelat mill-gazzetta MaltaToday stess, fejn żewġ Ministri ltaqgħu ma’ missier traffikant tad-droga fis-satra tal-lejl ġewwa l-Ministeru t’Għawdex.

Saviour Balzan staqsa għalfejn fl-inkjesta tħallew barra numru kbir ta’ nies li setgħu jitfgħu aktar dawl fuq dak li ġara. Kompla, billi qal li s-sekwenza tal-affarijiet kif ġraw fil-Ministeru t’Għawdex ukoll huma biżejjed biex iqajmu suspetti.

Saviour Balzan qal li l-kandidat Laburista John Vassallo, li mexxa l-inkjesta waħdu, ħalla barra ħafna punti li misshom ġew indagati fuqhom fl-inkjesta.

L-editur maniġerjali tal-Malta Today qal dawn il-kummenti ta’ kundanna waqt il-programm Mhux Għax Jimpurtani fuq Net Television.