Is-sistema tal-metro għandha tkun ibbażata fuq masterplan studjat mifrux fuq il-pajjiż kollu, b’taħlita ta’ mini taħt l-art u linji fuq wiċċ it-triq. “Iċ-ċifra li issemmiet għal dan il-proġett hija raġjonevoli, u nemmen li l-idea hija fattibbli”.
Hekk stqarr mal-programm NET LIVE l-imprenditur Anglu Xuereb fl-ewwel kummenti tiegħu wara li sezzjonijiet tal-media żvelaw il-pjan tal-PN biex għall-ewwel darba f’Malta jkun hawn sistema tal-metro, b’investiment qawwi ta’ €2.3 biljun.
Fil-kummenti tiegħu, Anglu Xuereb qal illi jekk ikun hem il-fondi u l-permessi kollha approvati, li jieħdu minn tal-inqas sena, imbgħad f’temp ta’ erba’ snin tista’ titlesta l-ewwel fażi.
//= $special ?>