Għexieren ta’ bird callers illegali għas-summien instabu waqt rondi minn attivisti tal-CABS. Stqarrija tal-istess CABS tgħid li dan l-apparat qed jintuża illegalment mill-kaċċaturi u jtellef mill-migrazzjoni notturna tas-summien. Waqt rondi fit-Tramuntana u fil-Punent ta’ Malta, voluntieri sabu xejn inqas minn 93 bird callers, id-doppju tal-istess apparat li kien instab is-sena li għaddiet.
Is-Segretarju Ġenerali tal-CABS Alexander Heyd qal li l-infurzar f’Malta jinsab fl-inqas livelli u s-sitwazzjoni tkompli tiggrava meta l-Wild Birds Regulation Unit (WBRU) u s-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes jgħidu li l-użu ta’ dan it-tagħmir qed jonqos meta l-verita’ hi eżatt bil-kontra.
“It-tnaqqis fin-numru ta’ proċeduri fil-Qrati li qed jiftaħar bihom Roderick Galdes u ż-żieda osservata mill-voluntieri tagħna juru li l-infurzar jinsab fl-inqas livelli,” sostna Heyd, li fakkar li l-pulizija mhux qed tagħmel rondi matul il-lejl.
CABS mistennija tinforma lill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sitwazzjoni.
//= $special ?>