Għawdex Lokali

Il-baga fix-Xlendi lanqas din is-sena mhi se titlesta

Waħda mill-wegħdiet prinċipali tal-Gvern għal Għawdex fil-programm elettorali ta’ erba’ snin ilu kienet li ssir baga fix-Xlendi biex jorbtu l-cruise liners maghha.

Issa li ninsabu lejn fl-aħħar sena u lejn tmiem il-leġiżlatura, il-wegħda ta’ baga għall-cruise liners għadha ma saritx minkejja li ssemmiet f’kull wieħed mill-ħames budgets ta’ dan il-Gvern, u kull sena ġew ivvutati flus biex issir.

B’ammissjoni tal-Ministru Refalo stess meta wieġeb mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said, din mhix se tkun saret sal-elezzjoni generali li jmiss.

Il-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo, wieġeb li hu maħsub li tkun lesta lejn nofs is-sena 2018.